“Sejjaħlek waqt li qiegħed iħenn għalik.” Dan hu l-motto tal-mibki Papa Franġisku li bih, l-Arċisqof ta’ Malta jiddiskrivi l-vokazzjoni tiegħu. Mons. Charles Scicluna jgħidilna li s-saċerdozju tiegħu huwa esperjenza ta’ ħniena kontinwa li minnha għandu l-opportunità li jkun strument ta’ maħfra għal ħaddieħor.

Għaliex Iva?! hu proġett taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet f’kollaborazzjoni mal-Arċidjoċesi ta’ Malta.